Żewġ eks plejers ta’ Juventus, li ftit li xejn iġibu memorji sbieħ għall-Juventini, jistgħu jirritornaw fis-Serie A.
Dan hekk kif Cagliari xeħtu għajnejhom fuq tliet plejers li jinsabu bla kuntratt, fosthom l-eks Juventini Paolo De Ceglie u Reto Ziegler. Magħhom, qed ikun segwit ukoll Raul Meireles.
Cagliari għandhom bżonn isaħħu l-iskwadra wara bidu ħażin, b’żewġ telfiet minn daqstant logħob.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com