Ġurnali fil-Portugall, b’mod speċjali A Bola, qed jirrapportaw il-possibbiltà li l-midfielder Stefano Sturaro jirritorna f’Turin ma’ Juventus.

Fil-każ ta’ Sturaro, dan għadu qed jirkupra minn operazzjoni li għamel, u li konsegwenza tagħha ilu nieqes mill-azzjoni għall-aħħar tliet xhur, b’Juventus li baqgħu jħallsulu l-paga minkejja li ngħaqad ma’ Benfica b’self.

Konsegwenza tan-nuqqas ta’ logħob, Sturaro aktarx jintbagħat lura lejn Turin f’Jannar, sakemm Juventus ma jestendux il-ftehim li jibqgħu jħallsuh sakemm jirkupra għalkollox.

Dan fl-isfond li Massimiliano Allegri hu nieqes mill-midfielders, iktar u iktar wara l-operazzjoni ta’ Emre Can, li tilef diversi ġimgħat ta’ taħriġ, l-injuries ripetuti ta’ Sami Khedira kif ukoll dik riċenti ta’ Miralem Pjanić.

Għalkemm l-ebda minn dawn l-injuries mhuma fit-tul, Allegri spiss kien kostrett juża l-istess plejers bla mistrieħ, bil-konsegwenza li qed jikber iċ-ċans ta’ injuries.

Sors: A Bola

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280