Il-ġurnal popolari Madrilen Marca ddikjara li fl-aħħar jiem saru t-testijiet mediċi ta’ Cristiano Ronaldo ma’ Juventus, bil-moħbi.

Marca, ġurnal storikament qrib Real Madrid, fl-aħħar sigħat kompla jsostni li Ronaldo għandu ftehim ma’ Juventus u li fadal biss laqgħa mad-diriġenza ta’ Real biex it-trasferiment iseħħ.

Fil-faċċata tal-edizzjoni tal-lum ta’ Marca jingħad ukoll li hemm ċertezza li Ronaldo se jħalli lil Real Madrid.

Sors: Marca

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280