Chelsea jkomplu jinsistu li jakkwistaw lid-difensur żagħżugħ ta’ Juventus, Daniele Rugani, għalkemm biex it-trasferiment isir hemm bżonn li joffru qrib l-€40 miljun.
Jingħad li jekk it-trasferiment isir, Rugani jaqla’ paga ta’ €4 miljun (li magħhom jiżdiedu wkoll xi bonuses) fis-sena. Dan ifisser żieda mill-offerta oriġinali ta’ €3.5 miljun fis-sena u bonuses.
Fl-istess waqt, Juventus qed jaħsbu f’Matthijs de Ligt bħala sostitut tiegħu, b’rapporti jgħidu li hemm ftehim fuq livell personali maż-żagħżugħ Olandiż ta’ 18-il sena. Dan wara li fl-aħħar ġimgħat ingħad li Juventus iltaqgħu mal-plejer meta kien f’Turin flimkien mat-tim nazzjonali tal-Olanda għal-logħba kontra l-Italja.
L-istess rapporti jgħidu wkoll li l-plejer irrifjuta kemm lil Tottenham Hotspur kif ukoll lil Barcelona. Minkejja dan, mhix trattattiva faċli, hekk kif Ajax jippretendu madwar €60 miljun.
Sors: Calciomercato/Alfredo Pedullà
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com