Teżisti possibbiltà li Sami Khedira jħalli lil Juventus, biex jingħaqad ma’ PSG fi Franza.

Ix-xnigħat tas-suq tat-trasferimenti komplew b’mod speċjali wara kliem il-kowċ ta’ PSG Thomas Tuchel: “Hu minnu li spiss nitkellem ma’ Sami Khedira, li ili nafu għall-aħħar 14-il sena.”

Hekk iddikjara Tuchel, li fl-istess waqt qal li mhux se jitkellem dwar is-suq tat-trasferimenti. Spekulazzjoni li bdiet ukoll kawża tal-età ta’ Thiago Motta, li jilgħab fl-istess pożizzjoni.

Fl-aħħar xhur intqal li Manchester United xtaqu lill-plejer, iżda Juventus iddikjaraw li l-Ġermaniż ma kienx għall-bejgħ.

Sors: Canal+

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280