Il-midfielder internazzjonali Ġermaniż ta’ Juventus, Sami Khedira, neħħa kull dubju li seta’ kien għad hemm dwar l-akkwist ta’ Benedikt Höwedes minn Juventus.

Dan hekk kif Khedira għamel din id-dikjarazzjoni lil Bild: “Tkellimna, u ninsab kuntent li se jingħaqad magħna. Benedikt hu leader, li dejjem ta kollox fil-grawnd. Jista’ jkun importanti għalina. Se jagħmel kollox iżjed faċli għaliex jilgħab f’diversi rwoli. Irid iż-żmien biex jadatta ruħu għat-taħriġ intens fl-Italja. Jien ukoll, għall-bidu, ridt nidra.”

Benedikt Höwedes mistenni f’Turin iktar tard illejla.

Sors: Bild

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280