Juventus għandhom dilemma importanti qabel jiddeċiedu dwar jekk jakkwistawx lil Patrik Schick jew le.
Dan hekk kif, f’intervista lil Secolo XIX, il-President Massimo Ferrero ta dettall importanti dwar dak li qed iseħħ: “Problemi f’qalb Schick? Farsa. Il-plejer hu b’saħħtu. Jekk Juventus iridu jirtiraw mit-trattattiva, hemm erba’ klabbs oħra li lesti jħallsu iżjed mit-€30 miljun offruti minn Juventus.”
Imma għaliex iżjed minn €25 miljun li hi l-klawżola reċissorja tal-plejer? Jirriżulta fil-fatt, dejjem skont kliem Ferrero, li din il-klawżola issa m’għadhiex tgħodd għaliex skadiet.
Għalhekk Juventus iridu jiddeċiedu jiħdux ir-riskju u t-trasferiment iseħħ għat-€30 miljun diġà maqbula, inkella jċedu lill-plejer lil ħaddieħor. Sampdoria għamluha ċara li mhux lesti jibdlu l-ftehim, inkluż jekk Juventus jitolbu lill-plejer b’self sakemm jiddeċiedu hux b’saħħtu.
Sors: Il Secolo XIX
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com