Juventus għaddejjin bla waqfien bl-għan li jsaħħu l-iskwadra u jagħtu lil Massimiliano Allegri t-tisħiħ li għandu bżonn biex ikompli jirnexxi.
Jidher li kollox lest biex Patrik Schick jingħaqad maċ-champions tal-Italja hekk kif issa l-istess plejer ammetta li matul din il-ġimgħa jaf ikun hemm qbil. Il-President ta’ Sampdoria kien ħabbar li Roma, kompetituri ta’ Juventus f’dan it-trasferiment, ma kellhomx flus għalih. Jekk ma jintlaħaqx ftehim bejn il-klabbs rispettivi, Juventus iħallsu l-klawżola ta’ €25 miljun.
Pass bogħod ukoll l-akkwist tal-goalkeeper Wojciech Szczęsny mingħand Arsenal. Minkejja li l-President ta’ Roma qal li l-goalkeeper jixtieq jibqa’ fil-kapitali, Juventus mistennija jiffirmawh b’kuntratt ta’ erba’ snin. It-trasferiment mistenni jiswa’ madwar €16-il miljun.
Iktar diffiċli, imma m’għadux impossibbli kif kien sa riċentament, hu l-akkwist ta’ Federico Bernardeschi. Minkejja li l-plejer m’għandux klawżola reċissorja u Fiorentina qed jitolbu €50 miljun, Juventus mistennija jilagħbu l-karta Tomás Rincón biex jikkonvinċu lid-diriġenza ta’ Firenze.
Sors: Tuttosport/Sky Sport/Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






