Rapporti mill-Ingilterra u fl-Italja jindikaw li Juventus lesti jisfidaw lil klabbs ġganti fl-Ewropa biex jakkwistaw lill-midfielder avvanzat ta’ 29 sena Mesut Özil, li se jiskadilu l-kuntratt ma’ Arsenal.
Fost il-klabbs li ilhom żmien twil isegwu lill-plejer hemm Manchester United, b’Juventus li aktarx mhux interessati fi sfida ta’ min joffri l-iktar, iżda huma interessati li jidħlu għall-Ġermaniż jekk l-Ingliżi ma jaslux għal qbil.
Jingħad ukoll li filwaqt li Manchester United iridu lill-plejer f’Jannar, Juventus huma lesti jistennew sa tmiem l-istaġun biex iressqu offerta.
Sors: Corriere dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com