Hekk kif Massimiliano Allegri qed jitlob li l-iskwadra tissaħħaħ b’numru ta’ plejers ġodda, sitta oħra mistennija jħallu lill-klabb.

Fost dawn hemm Leonardo Bonucci, bid-destinazzjoni tiegħu tkun jew l-Ingilterra (Chelsea jew Manchester City) jew Spanja (Real Madrid) għal ċifra qrib l-€40 miljun.

Mistennija jinbiegħu wkoll Kwadwo Asamoah (li jinteressa lil Galatasaray, Southampton u West Ham), Mario Lemina (li għalih Valencia qed joffru €15-il miljun) u Neto (li jriduh Napoli).

Hemm imbagħad Sami Khedira li għandu l-intenzjoni li jilgħab fl-Istati Uniti, kif ukoll Juan Cuadrado, li minkejja l-kreattività u l-ħeffa tiegħu wera li mhux kapaċi jreġi l-pressjoni.

Indeċiż il-futur ta’ Mario Mandžukić li ma jixtieqx jibqa’ jilgħab b’mod irtirat jew mal-linji. Għalhekk wieħed irid jistenna biex isir magħruf jekk hux se jiġi akkwistat Douglas Costa u fuq kollox Patrik Schick, li jista’ jeħodlu postu.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280