Fl-iskwadra ta’ Juventus hemm sitt plejers li se jispiċċaw mingħajr kuntratt, iżda jidher li wieħed biss huwa determinat li jħalli l-klabb.

Dawk fi tmiem il-kuntratt huma Kwadwo Asamoah, Andrea Barzagli, Gianluigi Buffon, Giorgio Chiellini, Stephan Lichtsteiner u l-goalkeeper Carlo Pinsoglio.

B’Gianluigi Buffon li mistenni jirtira, iżda aktarx jinħatar diriġent tal-klabb, hu biss Stephan Lichtsteiner li mhux interessat li jġedded u jista’ saħansitra jħalli l-klabb f’Jannar, sitt xhur qabel jiskadilu l-kuntratt.

Dubju dwar Kwadwo Asamoah, li fis-sajf kien se jingħaqad ma’ klabb fit-Turkija. Għall-kumplament, tidher li hi ċertezza li se jġeddu l-kuntratt, bid-diskussjonijiet, b’mod speċjali ma’ Giorgio Chiellini u Andrea Barzagli, li huma fi stat avvanzat.

Sors: Il Corriere di Torino

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280