Jidher li se tispiċċa b’nota pożittiva t-trattattiva li għandha twassal lil Douglas Costa ma’ Juventus hekk kif illum Beppe Marotta u Giovanni Branchini (intermedjarju f’dan it-trasferiment) iltaqgħu mad-diriġenti ta’ FC Bayern München.

Sky Sport ikkonfermaw dak irrappurtat ilbieraħ, jiġifieri li l-plejer se jagħmel it-testijiet mediċi immedjatament, għada. Jidher li l-kuntratti ġew iffirmat fl-aħħar ħin, bil-plejer li ilu li laħaq ftehim ma’ Juventus.

Jirriżulta li l-plejer se jaqbad titjira lejn Turin illejla, biex imbagħad jisbaħ l-Erbgħa f’Turin fejn jattendi l-J Medical għall-ewwel fażi tal-eżamijiet mediċi.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280