Fl-aħħar sigħat ħarġet l-aħbar li Juventus qed jippruvaw jakkwistaw lil Mauro Icardi biex ikun is-sostitut ta’ Gonzalo Higuaín.

Dan hekk kif jingħad li Higuaín jista’ jingħaqad mill-ġdid ma’ Maurizio Sarri, il-kowċ li jmiss ta’ Chelsea.

Madankollu sorsi qrib l-ambjent Juventin ċaħdu li hemm xi interess fl-attakkant Arġentin ta’ Inter. Dan biex wieħed ma jsemmix li trattattiva ma’ Inter f’dan ir-rigward hi kważi impossibbli.

Sors: Il Corriere della Sera

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280