Spanja kellhom jaffaċċjaw skwadra ferm iktar b’saħħitha milli ħafna stennew iżda finalment rebħu lir-Repubblika Ċeka 1-0 b’gowl minn daqqa ta’ ras ta’ Gerard Piqué fid-89 minuta.

– Spanja qalgħu biss gowl fl-aħħar 16-il siegħa ta’ logħob fl-EURO.
– Spanja ilhom 13-il logħba mhux megħluba fil-fażi finali tal-EURO. L-aħħar telfa kienet ta’ 1-0 kontra l-Portugall fl-2004.