Fl-aħħar sigħat, l-għażliet ta’ Juventus saru iżjed ċari bil-plejers ġodda li qed ikunu segwiti, lesti biex jieħdu post plejers li attwalment jifformaw parti mill-iskwadra.
B’laqgħat mistennija ma’ Atalanta, Juventus jixtiequ jantiċipaw il-wasla ta’ Leonardo Spinazzola b’sena. Il-plejer b’hekk jieħu post Stephan Lichtsteiner jew Kwadwo Asamoah. Dan tal-aħħar joffri għażliet differenti u deher b’iktar ċans li jibqa’ iżda l-offerta ta’ Galatasaray tidher waħda interessanti.
Il-wasla ta’ Keita Baldé tidher iktar probabbli, iktar u iktar wara li l-plejer tħalla barra mis-Supercoppa Italiana. Jekk it-trasferiment iseħħ, Juan Cuadrado aktarx jitlaq. Iżda t-trasferiment xorta mhux faċli, għaliex filwaqt li Keita jrid lil Juventus, Lazio qed jitolbu wisq u Juventus mhux se jaċċettaw rikatti.
Sors: Calciomercato
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






