Kif mistenni, il-midfielder Stefano Sturaro se jħalli lil Juventus, u jidher li d-destinazzjoni tiegħu se tkun l-Ingilterra.

Dan hekk kif l-aħħar rapporti jindikaw li l-klabb ta’ Watford għamel l-iktar offerta meqjusa bħala interessanti u li tqarreb l-ammont li Juventus jixtiequ jiksbu għalih.

B’Juventus li jivvalutaw lill-plejer għal madwar €20 miljun, jidher li Watford offrew li jiksbu lill-plejer b’self għal somma flus u jżommu d-dritt li jakkwistawh għalkollox għal €18-il miljun.

Madankollu l-aħħar żviluppi jindikaw li Watford irtiraw mit-tellieqa.

Sors: Sky Sport/The Sun

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280