L-aġent tal-midfielder Stefano Sturaro qal li hemm domanda qawwija għall-plejer li jirrappreżenta.

“Hemm iktar minn 10 klabbs tas-Serie A li talbu informazzjoni dwar Sturaro. Dan minbarra li kien hemm ukoll talbiet minn erba’ klabbs Ingliżi, kif ukoll klabb Spanjol u ieħor Russu,” iddikjara Carlo Volpi.

Madankollu, ikkonferma li Juventus irrispondew fin-negattiv, u infurmawhom li Sturaro mhux se jiċċaqlaq minn Turin. Fil-fatt Juventus lanqas taw lok għal trattattivi.

Sors: Calcio Casteddu

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280