Gowls: Eriksen (D), Jedinak (A)
Karti Sofor: Poulsen, Sisto (D)
Plejer tal-logħba: Eriksen (D)

Partita bbilanċjata bejn Danimarka u Awstralja hekk kif fil-Cosmos Arena, din il-partita divertenti setgħet tmur favur iż-żewg timijiet f’kull ħin tal-partita. Id-Daniżi mill-ewwel imorru fil-vantaġġ hekk kif fis-7 minuta, Eriksen jirċievi pass fit-tarf tal-kaxxa u b’xutt b’saħħtu jitfa’ fix-xibka. L-Awstraljani baqgħu jippruvaw jirreaġixxu imma fl-24 minuta, Dalsgaard jagħti cross lejn Jørgensenn li quddiem il-goalkeeper jitfa’ barra. Biex fis-36 minuta, wara l-użu tal-VAR, ir-referee jagħti penalty wara li Poulsen jolqot il-ballun b’idejh. Biex mill-15-il metru, Jedinak jitfa’ lil Schmeichel fin-naħa l-oħra tax-xibka u l-ewwel taqsima spiċċat fi draw.

Fit-tieni taqsima, il-logħba ħadet l-istess xejra bħal dik ta’ qabilha, bid-Daniżi jattakkaw. Fit-52 minuta, Sisto jsib ix-xutt tiegħu blokkat minn difensur tal-Awstralja. Fil-71 minuta, Mooy jirċievi pass fil-kaxxa imma jitfa’ ftit għoli mill-mimduda. Fl-84 minuta, Arzani jaqbeż lil Kjær u b’xutt b’saħħtu ċentrali, Schmeichel iwiegeb b’save tajjeb ħafna. Lejn tmiem il-partita, l-attakki ma kinux perikolużi biżżejjed biex jibdlu r-riżultat.

Skor finali: Danimarka 1, Awstralja 1.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280