Gowls: Mbappe (F)
Karti Sofor: Matuidi, Pogba (F), Guerrero, Aquino (P)
Plejer tal-logħba: Lloris (F)

Perù sfortunati li għat-tieni darba sfaċċatament joħorġu telliefa, din id-darba kontra l-Franċiżi li għalkemm għandhom waħda mill-aħjar skwadri, s’issa għadhom m’urewx l-isbaħ logħob, b’żewġ rebħiet imqanżħa.

Il-Perù ħarġu fuq l-offensiva, meta fis-6 minuta, ix-xutt ta’ Cueva mill-bogħod jara l-ballun tiegħu jmur ftit għoli fuq Lloris. Fil-11-il minuta, risposta ta’ Griezmann li jitfa’ barra mix-xibka ta’ Gallese. Fis-16-il minuta, Griezmann isib ix-xutt tiegħu milqugħ minn Gallese. Fil-31 minuta, Guerrero jdur tajjeb ħafna ma’ Varane, jixxuttja imma jsib lil Lloris attent li b’siequ jiddefendi tajjeb. 3 minuti wara, Giroud jitfa’ daqqa ta’ ras għolja. Biex fl-34 minuta, Pogba jqassam lejn Giroud, bix-xutt tiegħu jaħbat ma’ difensur, jaqbeż fuq Gallese, u Mbappe b’lasta vojta ma jfallix. Biex l-aħħar azzjoni denja fit-43 minuta, Gallese jġib save tajjeb ħafna fuq Lucas.

Fit-tieni taqsima, il-Peruvjani ħarġu fferoċjati. Fil-50 minuta, Aquino b’first timer mill-bogħod jolqot il-lasta tax-xellug b’Lloris meghlub. Fit-68 minuta, Advincula, b’moviment individwali, jitfa’ bi żbrixx fuq il-lasta. Fil-81 minuta, is-sostitut Dembele jfalli għal ftit biex Franza jirdoppjaw. Il-Peruvjani baqgħu jippruvaw imma ma kienx biżżejjed biex jegħlbu lil Franza.

Skor Finali: Franza 1, Perù 0

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280