Juventus qed isegwu s-sitwazzjoni tal-goalkeeper Thibaut Courtois hekk kif qed jitlob wisq biex iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Chelsea.
Fil-Belġju, il-ġurnali qed jirrappurtaw li l-goalkeeper Belġjan talab li l-paga tiegħu tiġi rduppjata. Madankollu, ftit li xejn hemm rieda li l-klabb japprova din it-talba.
Minbarra Juventus, li jridu sostitut hekk kif Gianluigi Buffon jirtira fi tmiem l-istaġun, hemm ukoll Real Madrid u PSG li jixtiequ lil Courtois.
Sors: Het Laatste Nieuws
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com