Sorsi fil-midja Ingliża qegħdin jgħidu li Juventus lesti jerġgħu jaħsdu s-suq tat-transferimenti tas-sajf, din id-darba b’offerta rekord ta’ 200 miljun ewro għall-Eġizzjan Mohamed Salah. Mal-ġurnata, l-istess aħbar kienet rappurtata wkoll minn Sky Sport Arabia.

Salah ġa għandu esperjenza fil-league Taljan, wara esperjenza ma’ Fiorentina u Roma.

Vuċijiet li jibqgħu biss fl-arja, imma mhux impossibbli li dan it-transfer iseħħ anke minħabba l-fatt li Juventus qed jistennew li jkomplu jkabbru l-bejgħ madwar id-dinja.

Sors: Twitter

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280