Ikomplu bla waqfien l-aħbarijiet ħżiena għal Juventus hekk kif għada tintlagħab il-logħba ta’ ritorn miċ-Champions League kontra Bayern München.

Wara l-aħbar li l-midfielder Claudio Marchisio għandu 20 ġurnata nieqes mil-logħob, in-nuqqas ta’ Giorgio Chiellini u x’aktarx anke tal-attakkant Mario Mandžukić, issa sar magħruf li lanqas l-Arġentin Paulo Dybala ma jinsab tajjeb u mhux se jħalli Turin lejn il-Ġermanja.

Sors: Juventus.com

Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.