Wara sensiela ta’ laqgħat, Juventus ħabbru li ntlaħaq ftehim biex tiġi fi tmiemha r-relazzjoni bejn Juventus u Massimiliano Allegri. Dan ifisser li dawn huma l-aħħar ftit jiem tal-kowċ fit-tmexxija tal-klabb.

Taħt Massimiliano Allegri, Juventus rebħu l-kampjonat għal ħames darbiet u akkwistaw ukoll 4 Coppa Italia, darbtejn is-Super Coppa Italiana u waslu darbtejn sal-finali tal_UEFA Champions League.