Il-plejer internazzjonali Taljan Federico Bernardeschi huwa uffiċjalment plejer ta’ Juventus wara li ffirma kuntratt li se jorbtu mal-Bianconeri għall-ħames snin li ġejjin.
Iċ-ċifra tat-trasferiment hija dik ta’ €40 miljun. Magħhom tiżdied ċifra ta’ 10% li tmur għand Fiorentina ladarba Juventus ibiegħu lill-plejer mill-ġdid. Dan sa massimu ta’ €5 miljun.
Il-kuntratt tal-plejer jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2022.
Sors: Juventus
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com