Fi stqarrija uffiċjali u konġunta, Juventus u Sampdoria ħabbru li t-trasferiment ta’ Patrik Schick lejn Turin mhux se jseħħ.

Juventus mhux se jieħdu r-riskju li jakkwistaw immedjatament lill-attakkant promettenti Patrik Schick wara li nstab li għandu problemi mediċi f’testijiet mediċi li għamel.

Il-plejer kien imsejjaħ għat-tieni sett ta’ testijiet mediċi fl-aħħar jiem biex ikun konfermat jekk ir-riżultati tal-ewwel sett ta’ testijiet kinux korretti. Jidher li wara dawn it-testijiet mediċi, Juventus baqgħu mhux kunfidenti li l-plejer hu tajjeb għal-logħob.

Matul il-ġurnata saret laqgħa bejn Beppe Marotta u Massimo Ferrero ta’ Sampdoria, li baqa’ jirrifjuta li l-plejer iħalli lill-klabb b’self. Juventus riedu din l-għażla biex jiżguraw li l-plejer kapaċi jirkupra qabel jieħdu r-riskju li jħallsu €30 miljun.

Sampdoria mistennija jbigħu lill-plejer xorta waħda, lil xi klabb ieħor.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280