Id-difensur Luca Marrone ħalla mill-ġdid lil Juventus biex irritorna ma’ Hellas Verona, fejn lagħab fl-2016.

It-trasferiment sar fuq bażi ta’ self, b’obbligu li t-trasferiment isir permanenti. Il-plejer iffirma kuntratt sat-30 ta’ Ġunju 2021 iżda ma ngħatawx dettalji dwar il-prezz tat-trasferiment.

Luca Marrone ma setax ikun inkluż minn Juventus fil-lista tat-tieni skwadra, Juventus B, hekk kif qabeż il-50 logħba fis-Serie A.

Sors: Hellas Verona

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280