Schalke 04 ħabbru li l-attakkant Kroat Marko Pjaca hu plejer ġdid tal-klabb wara li għadda mit-testijiet mediċi li sarulu matul il-ġurnata.

Pjaca jingħaqad mal-klabb Ġermaniż b’self sa tmiem l-istaġun, bil-klabb iħallas €1 miljun u bonuses li jlaħħqu l-€500,000 oħra. Dan ifisser l-istess ammont li Juventus iridu jħallsu għas-self ta’ Benedikt Höwedes, attwalment injured. Il-paga kollha ta’ Pjaca se titħallas mill-Ġermaniżi.

Dan it-trasferiment ifisser ukoll li l-plejer irkupra minn injury f’irkopptu, li ħallietu nieqes mill-azzjoni għal xhur sħaħ.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280