Il-goalkeeper ta’ 27 sena Wojciech Szczęsny, proprjetà ta’ Arsenal li għall-aħħar sentejn kien misluf u plejer regolari ma’ Roma, mistenni jingħaqad ma’ Juventus.

Il-plejer internazzjonali tal-Polonja, se jiswa’ €16-il miljun, b’Wojciech Szczęsny jiffirma kuntratt ta’ 4 snin u b’paga ta’ €4 miljun fis-sena.

Jingħad li l-aġent tal-plejer fil-fatt waqqaf kull trattattiva oħra, inkluż ma’ Napoli.

Sors: Gianluca Di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280