Matul dan il-perjodu ta’ stennija għall-International Champions Cup, fejn Juventus se jkunu qed jippartiċipaw fl-Istati Uniti, Miralem Pjanić kien intervistat minn erbat itfal Amerikani. L-intervista sħiħa hija din:

X’parir tagħti lil min jixtieq isir plejer professjonali?

“Trid temmen fil-ħolma tiegħek u fik innifsek. Hekk kollox ikun possibbli.”

Min hu l-atleta preferut tiegħek?

“Michael Jordan.”

Jogħġbok il-ġelat?

“Iva.”

Liem hi t-togħma favorita tiegħek?

“Il-vanilla u ċ-ċikkulata flimkien.”

Qatt għedt xi kelma mhux xierqa waqt logħba?

“Mhux spiss, imma tista’ tiġri.”

Fi xħin tqum filgħodu?

“8:30.”

Kemm titkellem lingwi?

“Ġermaniż, Franċiż, Taljan, l-Ingliż tiegħek hekk u hekk, il-Lussemburgiż u l-Bożnijak.”

Min jippreparalek il-kolazzjon?

“Il-kok.”

Min kien jagħmilulek meta kont tifel?

“Ommi.”

X’għandi niekol biex insir b’saħħti bħalek?

“Forsi minix b’saħħti, imma għandna nutrizjonista li jieħu ħsiebna.”

X’tip ta’ mużika tisma’ qabel partita?

“Hip hop Franċiż.”

X’tgħajjat biex jagħtuk il-ballun?

“Qassamli, hawn qiegħed.”

Tieħu xi snacks miegħek għat-taħrig?

“Xi drabi iva, ċikkulata.”

Liema hi l-iktar belt Amerikana li togħġbok?

“Miami.”

Tixtieq tibdel il-pożizzjoni tiegħek ma’ oħra?

“Biddilt ħafna pożizzjonijiet, imma fejn qed nilgħab issa, verament togħġobni.”

Kemm kellek żmien meta bdejt tilgħab?

“Kelli 5 snin.”

Kif kien jum il-birthday tiegħek?

“It-2 t’April.”

Le, kif kien il-birthday tiegħek?

“Kont fil-lukanda mal-kumplament tat-tim allura għamilt festa kbira.”

Nista’ ngħannqek?

“Dażgur!”

Sellem lill-Amerika għalina…

“Hello Amerika, niltaqgħu dalwaqt!”

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280