Wara li iktar kmieni din il-ġimgħa Rio Ferdinand ta x’jifhem li Evra se jerġa’ jingħaqad ma’ Manchester United, illum ħarget aħbar li Evra m’għadux plejer ta’ Juventus u se jingħaqad mal-istess tim ta’ Manchester, l-eks skwadra tiegħu. Ta’ min jgħid ukoll li huwa klabb li għadu ħafna għal qalb Evra.

X’se jiġri issa li tielaq Evra? Issa li hemm biss Alex Sandro fl-irwol ta’ LB, jaf naraw lil Asamoah jerġa’ jimla dan l-ispazju jew naraw l-ingress ta’ xi plejer mill-Primavera.

Qed jissemma b’interess kbir De Sciglio, li huwa favurit ta’ Allegri, imma fl-istess ħin ftehim ma’ Milan jaf ikun diffiċli.