Jidher li Milan qed jaraw f’Leonardo Bonucci l-għażla perfetta għad-difiża ta’ Vincenzo Montella hekk kif il-plejer joffri kwalità u esperjenza, waqt li għal Juventus il-plejer m’għadux insostitwibbli.
Id-differenza bejn Juventus u Milan mhix daqstant bogħod u għalhekk is-sensazzjoni hi li ż-żewġ partijiet jilħqu ftehim fil-futur qrib biex Bonucci jaqsam lejn Milan.
Fl-istess waqt Juventus iridu lil Mattia De Sciglio, rappreżentat mill-aġent Giovanni Branchini li miegħu ħadmu b’suċċess it-trattattivi li wasslu lil Douglas Costa d’Turin.
Madankollu Leonardo Bonucci u Mattia De Sciglio huma parti minn trattattivi differenti. Dan ifisser li mhux se jkun hemm bdil tal-plejers, iżda li moralment huma marbuta b’gentleman’s agreement li jfisser li Milan jagħmluha faċli li Juventus jakkwistaw lil De Sciglio ladarba t-trasferiment ta’ Leonardo Bonucci jseħħ.
L-ostaklu s’issa hu li Juventus iridu lil De Sciglio għal €10 miljuni, waqt li Milan jivvalutawh għal €15-il miljun.
Sors: Gianluca Di Marzio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






