Il-midfielder ta’ Liverpool Emre Can ta żvilupp ġdid u interessanti dwar il-futur tiegħu, hekk kif f’Ġunju jiskadilu l-kuntratt mal-klabb Ingliż.
“Ninsab kunfidenti li l-kwalitajiet tiegħi huma suffiċjenti biex nilgħab ma’ klabb ta’ livell għoli ħafna matul l-istaġun li ġej,” iddikjara Can, li m’għalaqx il-bibien għal klabbs fil-Ġermanja, fi Franza, fi Spanja, fl-Italja u fl-Ingilterra.
Kif wieħed jista’ jimmaġina, din id-dikjarazzjoni ma tantx niżlet tajjeb mal-partitarji ta’ Liverpool filwaqt li bdiet mill-ġdid l-ispekulazzjoni dwar il-klabb futur tiegħu.
Xhur ilu, Beppe Marotta kien ikkonferma li Juventus qed isegwu b’interess is-sitwazzjoni ta’ Can.
Sors: Süddeutsche Zeitung
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com