18-il klabb Ċiniż, fosthom 13 mis-Super League, jinsabu akkużati b’irregolaritajiet finanzjarji li fil-maġġoranza tagħhom jinvolvu pagamenti pendenti ta’ pagi jew bonuses lill-plejers.

Il-klabbs qed jissograw l-esklużjoni mill-kampjonat li jmiss jekk jonqsu milli jirregolarizzaw is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom sal-15 t’Awwissu li ġej. Mill-ogħla kampjonat fil-pajjiż huma biss Yanbian Fude, Henan Jianye u Guizhou Hengfeng li mhux affettwati.

Fost il-klabbs involuti hemm ukoll Jiangsu Suning, il-klabb immexxi mill-istess proprjetarji li jmexxu lil Internazionale F.C.

Sors: Premium Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280