Il-partita bejn Juventus u Lazio kienet tfisser ħafna għall-kowċ Juventin Allegri għax kienet it-300 logħba tiegħu bħala kowċ fil-kampjonat Taljan.

Fis-Serie A Allegri mexxa tliet timijiet. Iddebutta fis-Serie A ma’ Cagliari b’70 apparenza qabel ma’ ssieħeb ma’ AC Milan fejn magħhom kellu 133 fuq il-bankina tagħhom.

Fis-sajf tal-2014 Massimiliano Allegri ngħaqad ma’ Juventus fejn wara l-partita tal-lum kontra Lazio b’kollox mexxa lil Juventus għal 97 logħba biex b’hekk għaqqad l-ammont ta’ 300 partita bħala kowċ fis-Serie A.

Sors: TuttoJuve

dical-banner-1200×280