Id-difensur ta’ Napoli Kalidou Koulibaly stess skuża ruħu mal-attakkant ta’ Juventus Paulo Dybala għall-fawl fil-kaxxa li wassal għal penalty.

“Il-kontroversja dwar il-penalty fuqi? Koulibaly stess skuża ruħu miegħi wara li għamel fawl fuqi. Staqsu lilu stess u jgħidilkom,” iddikjara Dybala.

Kompla li “kull meta jsaffru penalty favur Juventus dejjem iqum kaos, imma meta ma ningħatawx penalty li jkun ħaqqna, ħadd ma jgħid xejn.

Sors: Twitter Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280