Sorpriża ħelwa għad-difensur ta’ Atalanta, Mattia Caldara, hekk kif it-triq ta’ ħdejn id-dar tiegħu issemmiet propju għalih u ġie deskritt bħala “l-eroj ta’ Napoli.”

Dan wara li Caldara skurja doppjetta propju kontra Napoli bil-konsegwenza li Atalanta rebħu din il-logħba tal-kampjonat.

Madankollu, jidher li isem din it-triq inbidel biss b’mod temporanju.

Sors: Sostieni la Curva

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280