Id-difensur ta’ Juventus Leonardo Bonucci qal li hu jinsab tajjeb, minkejja li ngħata sospensjoni mingħand Juventus wara argument li kellu mal-kowċ Massimiliano Allegri.
“Wara li ġew iċċarati l-affarijiet, l-affarijiet issa sejrin aħjar minn qabel. Min-negattiv trid dejjem toħroġ il-pożittiv, u minn dan l-episodju l-grupp ingħaqad iżjed,” iddikjara Bonucci.
Iddeskriva dak li seħħ qabel il-logħba kontra Porto bħala episodju li serva biex żdiedet it-tensjoni f’mument fejn il-grupp kellu bżonnha. “Kemm għalija u għall-kowċ, kollox waqaf hemm; fhimt id-deċiżjoni u se nħallas ikla lil sħabi kollha wara dak li seħħ,” temm jgħid Bonucci.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






