Il-ġurnalist Mario Sconcerti bi stqarrija ħarxa lil Napoli, li stedinhom biex jirritornaw għal-logħob tal-futbol u jħallu warajhom polemiċi sterili.

“Il-penalties li ngħataw Juventus jidirli li kienu ċari. Dak li jingħad li kellu jingħata lil Albiol xejn ma kien ċar u ftit li xejn rajtu imma Napoli fit-tieni taqsima lanqas biss ixxuttjaw darba lejn il-lasta. Il-bidliet ta’ Allegri poġġew lil Napoli f’diffikultà,” stqarr Sconcerti.

Kompla li jifhem “li ssofri meta titlef minħabba żewġ penalties, imma nippreferi li kieku qed nitkellmu fuq il-futbol.”

Sors: Il Corriere del Mezzogiorno

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280