L-attakkant Luis Suarez ammetta li gideb lil martu b’rabta mal-episodju fejn gidem lid-difensur tat-tim nazzjonali tal-Italja, Giorgio Chiellini.

Suarez u Chiellini argumentaw waqt logħba mill-fażi tal-gruppi għat-Tazza tad-Dinja tal-2014 bejn l-Urugwaj u l-Italja. Iżda meta tkellem ma’ martu, ammetta li ċaħad li gidem lill-avversajru.

“Kont imweġġa’ ħafna. Uliedi kienu jistaqsuni għaliex mhux nilgħab, u jien iktar kont inweġġa’. M’iniex t’hekk u min jafni, jaf li m’iniex t’hekk. Uliedi jafu li jien uman, u li bħal kulħadd nista’ niżbalja,” iddikjara Suarez.

Wera dispjaċir li gideb lil martu. “Sofia staqsietni dwar il-gidma, u jien ċħadt. Ma stajtx nemmen dak li għamilt, aħseb u ara nammettiha. Ma stajtx nifhem, Weġġajtha għaliex taf li jien differenti minn hekk.”

Waqt il-logħba, Chiellini kien wera l-marki ta’ snien Suarez lir-referee, iżda l-Urugwajan ħelisha mingħajr imqar ammonizzjoni. Wara l-logħba, Suarez weħel sospensjoni ta’ erba’ xhur u disa’ logħbiet internazzjonali.

Sors: Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280