Carlo Tavecchio reġa ġie elett u kkonfermat bħala president tal-FIGC wara li ġab 55% tal-voti. Tavecchio ġab it-total ta’ 275.17 tal-voti filwaqt li l-avversarju dirett tiegħu li kkontestalu għal din il-kariga Andrea Abodi ġab 234.08 tal-voti.

Tavecchio kien sar president ta’ din l-assoċjazzjoni fl-2014 wara li ħa post Giancarlo Abete u issa se jkun qed jerġa’ jservi għall-erba’ snin li ġejjin.

Sors: Football Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280