Id-Direttur Ġenerali Sportiv ta’ Juventus Giuseppe Marotta tkellem dwar Max Allegri fejn sostna li d-diriġenti jinsabu kuntenti bir-rendiment ta’ Allegri u li se jibqa’ fit-tmexxija tat-tim.
“Mhux ha nagħtikom konferma li se jibqa’ 100% iżda hemm possibbiltajiet kbar. Aħna qegħdin viċin ħafna ta’ Allegri u hemm relazzjoni tajba bejnietna. Ninsabu kuntenti u sodisfatti bir-riżultati li ġab u qed iġib Allegri u b’hekk m’għandhiex tkun problema li jibqa’ magħna.”
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






