F’konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-partita kontra Milan, Massimiliano Allegri tkellem l-ewwel fuq is-saħħa tal-avversarji u fuq il-kowċ Vincenzo Montella.

“Preżentement ninsabu tmien punti vantaġġ fuq Roma però t-tiġrija għar-rebħ tal-kampjonat xorta waħda għadha miftuħa u huwa importanti li għada nakkwistaw il-punti massimi. Qed nistennew logħba diffiċli ħafna kontra Milan wara li anke ġejjin minn żewġ riżultati pożittivi. Irrelevanti kemm hemm distakk bejn iż-żewġ timijiet, xorta waħda logħba bħal Juve kontra Milan dejjem tkun logħba kbira u sabiħa.”

“Għalkemm ma nafx liema formazzjoni mistenni juża Montella, li naf żgur huwa li dejjem kellhom strateġija ċara li jinżlu jilagħbu biha. Se jkollhom lil Bonaventura barra iżda plejer bħal Gerard Deulofeu huwa perikoluż ħafna u jħobb ħafna jkun avventuruż.”

Massimiliano Allegri fl-aħħar tkellem fuq l-għażla tat-tim tiegħu għal din il-partita u anke tkellem fuq xi plejers li mistennija jkunu fil-formazzjoni inizjali.

“Chiellini se jkun barra żgur għal din il-partita li tfisser li xi ħadd bejn Benatia, Rugani u Barzagli se jkunu qed jieħdu postu. Bħalissa Benatia huwa l-favorit li jifforma l-koppja ċentrali flimkien ma’ Bonucci. Iktar tard illum niddeċiedi jekk jilgħabx Pjaca jew inżidx midfielder ieħor. Pjaca jħobb jilgħab max-xellug biex jaqta’ lejn in-nofs però meta lagħab fuq il-lemin kien tajjeb ukoll. Dani Alves kapaċi jilgħab avvanzat ukoll.”

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280