Mal-aħbarijiet li Arsenal iridu lil Massimiliano Allegri bħala sostitut ta’ Arsène Wenger, issa żdiedu dawk dwar l-interess ta’ PSG.

Dan hekk kif jidher li PSG mhux mistennija jkomplu jaħdmu ma’ Unai Emery. Fost oħrajn, it-telfa ta’ PSG kontra Barcelona, u b’hekk l-eliminazzjoni miċ-Champions League, xejn ma niżlet tajjeb mad-diriġenti tal-klabb Franċiż.

Il-ġurnal ta’ reputazzjoni fi Franza, L’Équipe, iddikjara li minflok Emery issa hemm interess qawwi fil-kowċ attwali ta’ Juventus.

Sors: L’Équipe

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280