L-aħħar jiem kienu karatterizzati minn akkużi bla bażi li Juventus jaqilgħu penalties bl-addoċċ, iżda l-istatistika (li mhix opinjoni) turi mod ieħor.
Dan hekk kif fl-aħħar snin mindu Juventus bdew jiddominaw, iċ-champions tal-Italja qalgħu 40 penalty favur u 21 kontra. Dan ifisser bilanċ favur ta’ 19-il penalty.
Dan hu l-istess ammont ta’ Milan, waqt li Fiorentina akkwistaw 54 penalty u qalgħu 29 kontrihom. Napoli jinsabu l-ewwel fil-klassifika u jiġru b’kulħadd, hekk kif akkwistaw 48 penalty, mentri kontrihom ir-referees saffru biss 16.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






