Juventus jinsabu l-ewwel jekk wieħed jgħodd il-punti miksuba matul din l-edizzjoni ta’ Champions League.
F’din il-klassifika virtwali, Juventus huma l-uniku klabb bla telfa, kif ukoll l-iskwadra li qalgħet l-inqas gowls: tnejn biss.
B’hekk, b’sitt rebħiet u żewġ draws, Juventus kisbu 20 punt u jinsabu quddiem Atlético de Madrid (19-il punt), Barcelona, FC Bayern München u Real Madrid (18-il punt), Borussia Dortmund (17-il punt), Leicester City (16-il punt) u Monaco (14-il punt).
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






