Il-midfielder Internazzjonali Ġermaniż u ta’ Juventus Sami Khedira sofra injury fl-għaksa fis-sessjoni ta’ taħriġ li kellu t-tim Ġermaniz aktar kmieni waranofsinhar bi preparazzjoni għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Ingilterra.

Sami Khedira kien magħżul minn Jogi Löw għall-partita kontra l-istess Ingilterra u għal-logħba valida mill-kwalifikazzjoni għall-World Cup 2018 kontra l-Ażerbajġan. L-aħbar ħarget fuq l-account uffiċjali tat-tim nazzjonali Ġermaniż fuq Twitter.

Sors: Football Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280