L-eks plejer ta’ Juventus u l-Viċi President attwali ta’ Juventus Pavel Nedvěd huwa wieħed minn 10 plejers li ġew stampati fuq 10 muniti differenti ġewwa pajjiżhom fir-Repubblika Ċeka. Nedvěd lagħab 91 logħba bil-flokk ta’ pajjiżu u kien parti integrali fil-Euro 2004 meta wassal lil pajjiżu sas-semifinali tal-kompetizzjoni.
Flimkien ma’ Pavel Nedvěd, hemm disa’ plejers oħra li ġew stampati u dawn huma: Ivo Viktor, Jan Lála, Karol Dobiáš, Miroslav Kadlec, Josef Masopust, Karel Poborský, Antonín Panenka, Josef Kadraba u Zdeněk Nehod. Kull munita turi l-wiċċ ta’ kull plejer u l-firma personali tagħhom. Permezz ta’ dawn il-muniti, se tibda kampanja ta’ ġbir ta’ fondi biex tgħin lill-plejers li rrappreżentaw lir-Repubblika Ċeka u li ma qalgħux biżżejjed biex isostnu lilhom u lil familthom wara li rtiraw mill-futbol.
Sors: Tuttosport
Ħalli Kumment