Fil-partita tal-lejla kontra l-Albanija, il-goalkeeper Taljan Gianluigi Buffon għaqqad l-1,000 logħba fil-karriera tiegħu.

Il-leġġenda lagħab 220 logħba ma’ Parma Calcio 1913, 612-il logħba ma’ Juventus u 168 logħba mat-tim nazzjonali Taljan. L-ewwel logħba tiegħu kienet ma’ Parma, fid-19 ta’ Novembru tal-1995, kontra A.C. Milan.

Fost dawn l-1,000 logħba, Gianluigi rebaħ dawn l-unuri: 7 Serie A, 3 Coppa Italia, 6 Super Coppa Italiana, 1 UEFA Cup u 1 FIFA World Cup.