L-Italja kontra l-Albanija kienet sinifikanti ħafna għal Gianluigi Buffon għax kienet tfisser l-1,000 logħba tiegħu.

Permezz ta’ Twitter, it-tim Ingliż ta’ Manchester City u l-ġganti Ġermaniżi ta’ Bayern München esprimew l-awgurju tagħhom għal dan it-tragward permezz tal-account uffiċjali tagħhom fuq Twitter.

Gianluigi Buffon huwa wieħed mill-plejers rispettati mit-timijiet kollha madwar id-dinja u dawn il-messaġġi minn timijiet avversarji jixhdu r-rispett li jgawdi dan il-leġġenda.

Sors: Corriere dello Sport