L-eks plejer ta’ Inter Sandro Mazzola żvela li Massimo Moratti kien jitlob il-pariri mingħand Luciano Moggi, u saħansitra ried jimpjegah mal-klabb tiegħu.
“Matul is-snin skoprejt li Moggi sar il-persuna li jagħti l-pariri lil Moratti. Kull sena kien iwasslek biex temmen li Moggi se jingħaqad ma’ Inter. Fil-verità, Moggi qatt ma ried ġid lil Inter, u dejjem kien tajjeb biex jimmanuvra kif jixtieq,” iddikjara Mazzola.
Sors: GazzaMercato
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






